Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mingħand PHOTOCITY

Tel: 21236723. E-mail: info@photocityonline.com

Photocity Digital Services,
27, Triq Nofs in-Nhar, Valletta

 IL-KDT FUQ RADJU MARIJA
www.radjumarija.org

Segwu l-attivita' li kellna live fuq il-programm
'Destinazzjoni I.D.'
nhar it-8 ta' Marzu 2010, mid-9pm sa l-9:55pm,
kemm permezz tar-
ritratti li ħadna, jew permezz tal-link hawn taħt biex tisimgħu
l-programm kollu kemm hu.

Grazzi mill-qalb lil
Sr Vania Bonello u lil Fr Charles Fenech
tal-għajnuna u s-support kollu.
 

 

 

 

 

 

IL-PREŻENZA TAL-KDT FIL-PROGRAMM PASTORALI BI TĦEJJIJA
GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA F’MALTA
KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET 

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret it-Tlieta, 16 ta’ Frar, 2010, ma' ġenb il-Grotta ta’ San Pawl ir-Rabat, il-Kumitat Organizattiv Interdjoċesan li fih jinkludi wkoll il-Kummissjoni Djoċesana Tfal (KDT) ippreżenta l-Programm Pastorali bi tħejjija għaż-żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI f’Malta. (http://maltadiocese.org). Il-Kumitat organizattiv nieda wkoll website li tinkludi d-dettalji kollha b’rabta mat-tħejjija għaż-żjara tal-Papa f’Malta: www.popemalta.org

Grazzi għall-parteċipazzjoni u l-preżenza ta' Elizabeth Pisani, Delegata tal-Arċisqof għall- Kummissjoni Djoċesana Tfal flimkien ma' rapreżentanta tal-KDT, qegħdin hawn nippreżentaw sensiela ta' attivitajiet għat-tfal ta' Malta kollha fl-okkażjoni taż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI ġewwa Malta bejn is-17 u 18 ta' April 2010.  Il-KDT qed tipprepara għall-akbar attività tagħha nhar is-Sibt 17 ta' April 2010.  Numru sabiħ ta' tfal minn Malta u Għawdex se jkunu miġbura fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta biex jagħtu l-aqwa merħba possibbli lil Papa Benedittu XVI li se jkun qed iżurna fil-Palazz tal-President biex jiltaqa’ mal-President ta' Malta u persuni distinti oħra. 

 
 
Make a Free Website with Yola.