Rapport Attivita Votazzjoni.docx Rapport Attivita Votazzjoni.docx
Size : 19.971 Kb
Type : docx

Ir-Rapport tal-Attività tal-Votazzjonijiet

(30 t’April,2011)

 

Din l-attività saret ġewwa, l-Iskola ta’ Santa Monica l-Gzira.

Għalkemm għal din l-attività, bdejna għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar,  aħna l-membri tal-K.D.T., iltqajna fil-11:30am sabiex ħejjejna u rajna  li kollox kien lest u ppreparat.

Kellna rappreżentanti minn diversi  Parroċċi.  Dawn kienu :

Unità 4: Ħ’Attard, Ħal-Balzan, L-Iklin u Ħal-Lija

Unità 5: Ħad-Dingli, L-Imdina u r-Rabat

Unità 6: Ħal-Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ

Unità 9: Il-Ġzira, L-Imsida u tax-Xbiex

Unità 10: Il-Balluta u Tas-Sliema

Unità 14: Il-Birgu, L-Isla, Bormla u L-Kalkara

Unità 15: Birżebbuġa, il-Gudja, Ħal-Għaxaq, Marsaxlokk u ż-Żejtun

Unità 16:Ħal-Kirkop, l-Imqabba, Qrendi, Ħal-Safi u ż­-Żurrieq.

Kif bdew jinġabru t-tfal, tellajna lil kulħadd fil-Media room, fejn xi membri minn tal-K.D.T. kellmu lil dawn it-tfal, fuq  x’inhi l-K.D.T. , għalfejn twaqqfet u x’inhu l-għan tagħha.  Ippreparajna Play żgħira  wkoll sabiex it-tfal jifhmu iktar il-għan ta’ din il-kummissjoni.

Spjegajna t-tfal il-programm li kellna mħejji għal dakinhar.

Inqsamna f’żewġ gruppi.  Kien hemm xi wħud mill-membri li ħadu ħsieb it-tmexxija tal-logħob. Il-logħob kien bħala rotation, kien hemm tmien  stations.  Il-logħob kien bħal Icebreakers, dan sabiex kulħadd isir jaf xi ħaġa fuq xulxin.  Wara kull għaxar minuti, it-tfal kellhom ibiddlu posthom sabiex jilagħbu logħba oħra differenti.

It-tfal dehru li ħadu gost ħafna, u fl-istess ħin kulħadd sar jaf xi ħaġa fuq xulxin.

Sadanittant, sar il-ħin tant mistenni tal-votazzjoni. Il-votazzjoni saret mit-tfal stess u b’dan il-mod:

Muriel bdiet issejjaħ it-tfal, unità waħda wara l-oħra. It-tfal preżenti, inkluż aħna l-membri tal-K.D.T., ivvutajna għal tifla jew tifel li ħsibna li kien jew kienet, l-aħjar bħala membru. Kellhom jintgħażlu tifel jew tifla waħda min kull unità. Dawk ir-rappreżentanti li kellhom l-aktar voti kienu l-membri l-ġodda tal-K.D.T.

Lil dawn il-membri l-ġodda kellmithom Sr.Anna.

Wara ppreżentajna riġal ta’ ringrazzjament lil Matthew Gellel, li f’xi żmien kellu rwol ta’ President fil-K.D.T, u li dakinhar, għalih kienet l-aħħar attività tiegħu, peress li kellu jispiċċa minħabba li għalaq it-tlettax-il sena.

Wara ħadna bosta ritratti ta’ tifkira  ta’ dan il-grupp il-ġdid, tal-Kummissjoni Djoċesana Tfal. 

Rapport Festa Familja.docx Rapport Festa Familja.docx
Size : 16.742 Kb
Type : docx

 Ir-Rapport tal-Attivita’ tal-Festa Familja (15 ta’ Mejju 2011)

L-attivita’ tal-Festa Familja, min-naħa tal-K.D.T., kienet waħda impenjattiva ħafna, iżda żġur esperjenza oħra sabiħa għalina tal-K.D.T. u kif ukoll għal tfal oħra li ġew iżuruna fit-tinda tagħna.  Kulħadd deher li ħa ġost u fl-istess ħin tgħallimna iktar kemm il-familja tfisser għalina t-tfal u sabiħ li naħdmu bħala grupp.

Sa min ġranet qabel, aħna l-membri flimkien ma Sr Anna, konna niltaqgħu biex nippreparaw u niddiskutu sabiex l-attivita’ tkun ta’ suċċess.

It-tinda tagħna t-tfal kienet waħda mill-isbaħ u ta’ divertiment għat-tfal kollha. Naħseb min attenda żgur li ħa gost u tgħallem xi ħaġa wkoll.

Bdejna billi ltqajna għal ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, biex flimkien nieħdu sehem għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal-Ħadd Imqaddes, bil-preżenza tal-Eċċelenza Tiegħu, l-Arċisqof Pawl Cremona. Wara kulħadd seta’ jmur f’xi tinda fejn xtaq hu.

Bla dubju ta’ xejn, it-tfal ġew fit-tinda tagħna, fejn kien hemm diskussjonijiet u talks għalina t-tfal. Kien hemm ħafna logħob interessanti fejn bosta tfal ħadu ġost jilgħabu u jiddevertu flimkien.

Għal ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar, Sr Anna, aħna l-membri, kif ukoll tfal u nies oħrajn, morna fit-tinda l-kbira biex nilqgħu lill–Arċisqof. Hemmhekk kien hemm kant  u diskussjonijiet dwar il-familja. Kien hemm ukoll xi wħud fejn qasmu l-esperjenza tagħhom ma’ kulħadd. Fosthom kien hemm aħna tal-K.D.T., fejn tkellimna fuq ix-xogħol tagħna fil-kummissjoni u kif ukoll fuq kemm il-familja tagħna hija importanti għalina.

Fl-aħħar kien hemm l-Arċisqof fejn tkellem fuq kemm hi għażiża l-familja għas-soċjeta’ kollha, kif ukoll għall-knisja u fost kollox għall-Mulej Ġesu’.

Għalkemm kienet ġurnata impenjattiva ħafna iżda żgur kienet esperjenza oħra sabiħa fejn tgħallimna kemm hi importanti għalina l-familja u l-għaqda mal-oħrajn u kif ukoll ħadna ġost flimkien bħala familja waħda f’isem Ġesu’ Kristu.

Rapport Harga Ghawdex.docx Rapport Harga Ghawdex.docx
Size : 33.9 Kb
Type : docx

Ir-Rapport tal-Ħarġa Ġewwa l-Gżira Sabiħa t’Għawdex

 

Fost ħafna attivitajiet u ħruġ li kellna, ħarġa li żgur li,  kull min ġie ħa gost kienet, meta Sr Anna ħaditna ġewwa l-gżira sabiħa t’Ghawdex. Magħna ġiet ukoll Sr Ninette.

Iltqajna ċ-Ċirkewwa għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu u hekk kif wasal kulħadd irkibna l-vapur li kien ser iwassalna Għawdex. Għalkemm kien xi ftit riħ iżda l-baħar kien sabiħ. Qgħadna nammiraw il-baħar ċar u kaħlani sakemm wasalna Għawdex.

Hekk kif wasalna Għawdex irkibna karozza li jgħidulha “Hop On Hop Off”. Tgħidx kemm ħadna gost fuq din il-karozza. Poġġejna fuq nett sabiex stajna naraw iktar is-sbuħija tat-toroq u l-għelieqi t’Għawdex. Ħadna xi ritratti wkoll.

Morna l-knisja ferm sabiħa u famuża tal-Madonna ta’ Pinu. Qgħadna nduru ftit dan is-Santwarju hekk sabiħ u napprezzaw l-istejjer marbutin ma’ dan is-Santwarju uniku li għandna ġewwa pajjiżna. Sibna ħin ukoll sabiex ninġabru ftit u nitolbu wkoll.

Wara morna Marsalforn nieklu xi ħaġa flimkien. Xi ġelat ma naqasx ukoll. Marsalforn nsibu bajja sabiħa u ramlija u għalhekk qbiżna l-baħar sabiex nifriskaw ftit. Tgħidx kemm ħadna gost inċafċfu u nilgħabu u nxarbu lil xulxin.

Meta sar il-ħin, kontra qalbna, erġajna irkibna l-van li wassalna lura sabiex nerġgħu nirkbu l-vapur u mmorru lura Malta.

Kulħadd deher għajjien ħafna iżda ferħan għal dik il-ġurnata sabiħa li qattajna flimkien.

Forsi min jaf, Sr.Anna terġa teħodna xi darba oħra hemmhekk! 

Rapport Haz Zabbar (Lulju).docx Rapport Haz Zabbar (Lulju).docx
Size : 13.014 Kb
Type : docx

Ir-Rapport ta’ l-Attivita,Volontarjat,

Kummissjoni Tfal Żabbar

 

Din l-attivita’ kienet il-Ħamis, 7 ta’ Lulju. Bdejna billi ltqajna għall-Quddiesa ta’ 8:30, ġewwa s-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja. Il-Quddiesa, kienet animata minn xi wħud mit-tfal tal-Parroċċa stess.

Għall-ħabta tad-9:00, aħna t-tfal flimkien mal-Kappillan tagħna, Dun Bastjan Caruana, rħejnila lejn Id-Dar tat-Tfal tal-Cresch.

Kif wasalna hemm, sibna tfal ta’ ġmiel liema bħalu, li kif rawna tgħidx kemm ferħu bina. Intruduċejna lilna nfusna u sirna wkoll nafu x’isimhom dawn it-tfal ċkejknin. Qgħadna nilagħbu magħhom u wara nżilna ngħumu magħhom fil-pool li għandhom hemmhekk. Tgħidx kemm għomejna u ċafċafna magħhom u lgħabna flimkien. Ħadna ħsiebhom ukoll għax ħafna minnhom kienu għadhom żgħar. Għall-ħabta ta’ 12:00, kontra qalbna kellna ngħidulhom li ser immorru, għaliex dehru għajjenin, iżda wegħdnihom li nerġgħu mmorru għax ħadu ġost jilgħabu magħna.

Din kienet esperjenza oħra sabiħa u minn qalbi nixtieq li nerġgħu mmorru nżuru lil dawn it-tfal tant ħelwin.

 

 

Rapport Haz Zabbar (Settembru).docx Rapport Haz Zabbar (Settembru).docx
Size : 36.115 Kb
Type : docx

 

Ir-Rapport tal-Attivitajiet tal-Kummissjoni Tfal Żabbar

(Festa Madonna tal-Grazzja,

11 ta’ Settembru,2011)

 

Bħal kull sena oħra meta tkun riesqa l-Festa tal-Madonna tal-Grazzja bosta Żabbarin ikunu mħabbtin bil-preparazzjonijiet li ġġib magħha l-festa.

Aħna t-tfal mhux anqas, għax flimkien mal-Kappillan, Dun Bastjan Caruana niltaqgħu minn bosta ġranet qabel sabiex nippreparaw l-attivitajiet u n-Novena tal-festa tal-Madonna, sewwa u kif jixraq lil Ommna tal-Grazzja.

Bdejna billi kellna sports day, fejn din is-sena kienet speċi ta’ water games. Tista’ taħseb kif it-tfal kollha saru mxarrbin għasra!

Ħejjejna wkoll in-Novena tat-tfal tal-Festa, fejn kull ġurnata tan-Novena ħadna ħsieb il-Quddiesa tat-8:30 ta’ filgħodu ġewwa s-Santwarju.

Bosta tfal attendew għall-quddies u kull ġurnata kellna tema marbuta mas-Sagramenti. Aħna lkoll mexjin fit-triq ta’ Ġesu’ u meta nkunu fit-triq għandna bżonn ħafna għajnuna. Kuljum xi wħud mit-tfal kienu jtellgħu sinjal tat-traffiku fejn kull sinjal kien mqabbel ma’ Sagrament.

Il-Kappillan ried jurina kemm, is-Sagramenti huma importanti għalina l-Insara. Xebbaħnihom mas-sinjali tat-traffiku, li  qegħdin hemm sabiex naslu fid-destinazzjoni tagħna bla tfixkil (safe and sound), Immaġina li kieku fit-toroq tagħna m’hemmx sinjali tat-traffiku x’jiġri!

U hekk huma s-Sagramenti. Huma sinjali ta’ Grazzja, li jgħinuna naslu fid-destinazzjoni tagħna, għand il-Missier tagħna tas-Sema, bla ma nitilfu t-triq jew nitkissru.

Fl-aħħar tal-omelija kien ikun hemm tifel jew tifla li jpoġġu fin-nofs tal-knisja forom ta’ par saqajn kbar u par saqajn żgħar, li jirrapreżentaw lilna u lill-Madonna li qed timxi magħna fit-triq ta’ Ġesu’. Fl-aħħar ġurnata tan-Novena spiċċajna b’party żgħir għalina t-tfal.

Waqt il-preparazzjonijiet tal-festa kellna wkoll il-Pellegrinaġġ tar-roti tat-tfal, li jkun Ħadd qabel nhar il-festa. Dan isir sabiex nuru d-devozzjoni u kemm inħobbu lill-Madonnna tal-Grazzja li hi Ommna tas-Sema.

 Il-Madonna tal-Grazzja kienet inawgurata protettriċi taċ-ċiklisti 60 sena ilu.

Għal din l-attivita’, t-tfal kollha ltqajna x-Xgħajra  u tlaqna triqtna lejn bosta toroq ġewwa Ħaz-Żabbar, wara l-inkwatru tal-Madonna tal-Grazzja. Kif wasalna fejn iz-zuntier il-Kappillan berikna lkoll u għidna talba ta’ tifħir hekk kif jixraq lill-Madonna. Il-Kappillan ta’ tifkira lit-tfal kollha li attendew għal dan il-pellegrinaġġ.

Naħseb bħal kull sena oħra, din is-sena il-festa, il-preparazzjonijiet u l-attivitajiet kollha li kellna, kienu importanti ħafna  fejn ressquna iktar lejn il-Madonna tal-Grazzja, it-tagħlim Tagħha u lejn Binha Ġesu’. 

Rapport Haz Zabbar Ghid.docx Rapport Haz Zabbar Ghid.docx
Size : 15.23 Kb
Type : docx

 Ir-Rapport tal-Għid tat-Tfal (Kummissjoni Tfal Żabbar)

L-attivita’ tal-Għid tat-tfal kienet it-Tnejn, 25 t’April. L-għada tal-Għid il-Kbir.

Bdejna fejn iltqajna fi Pjazza Medjatriċi mat-tfal oħra Żabbarin. Tlaqna b’purċissjoni qasira fejn xi wħud mit-tfal refgħu statwa żgħira tal-Irxoxt. Matul il-purċissjoni kantajna innijiet ta’ ferħ lil Kristu Rxoxt. Bosta tfal kellhom ukoll xi strumenti żgħar fejn bdew jagħmlu storbju minn kull fejn għaddejna sabiex jidher il-ferħ tal-Għid. Bqajna sejrin is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, fejn kif wasalna fuq iz-zuntier xi tfal ġrew bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt.

Wara kellna l-Quddiesa, li kienet animata mit-tfal stess. Xi wħud mit-tfal libsu lbies Liturġiku u tellgħu mima żgħira sabiex it-tfal kollha jifhmu kemm hi importanti din il-festa tal-Qawmien ta’ Sidna Ġesu’. Kellna wkoll kompetizzjoni tal-isbaħ bajda  tal-Għid, li ddendlu fuq siġra li kien hemm ġewwa s-Santwarju. Wara l-Kappillan stieden lit-tfal kollha biex naqsmu l-figolla l-kbira li kien hemm fuq iz-zuntier.

Din l-attivita’ kienet sabiħa u ta’ ferħ, ferħ kbir u ta’ importanza għalina l-insara, meta Sidna Ġesu’ Kristu qam mill-mewt u urina kemm iħobb lilna l-bnedmin.


Rapport Live-in 2011.docx Rapport Live-in 2011.docx
Size : 16.54 Kb
Type : docx

Ir-Rapport tal-live-in,

27-28 ta’ Mejju,2011

 

Iltqajna għall-ħabta tas-6:00 ta’ wara nofsinhar, fejn kulħadd mar fil-kmamar, ipoġġi l-affarijiet tiegħu f’posthom.

Tlajna fuq, fejn  qgħadna niddiskutu fuq l-attivita’ tal-fundraising u kulħadd qasam l-ideat tiegħu. Wara sar il-ħin biex  nieklu. Wara li kilna morna fil-kmamar tagħna, fejn qassamna l-karti tas-Secret Angel fejn fl-aħħar tajna rigal żgħir ta’ ħbiberija lil xulxin. Sibna ħin ukoll sabiex ngħidu t-talba sabiħa tar-Rużarju flimkien.

Kellna ħin ukoll biex naraw il-film Rio. Tlaqna norqdu għall-ħabta ta’ 12:00 sabiex nistrieħu għal għada filgħodu.

L-għada filgħodu kulħadd għamel is-sodda tiegħu u morna nieħdu l-breakfast. Ippreparajna  prayer sessions fejn kien hemm preżenti l-Monsinjur Fr Charles Cordina u tlabna flimkien. Kellna wkoll sessions tajbin ħafna organizzati minn Rebecca, għalliema fl-iskola ta’ Santa Monika B’kara.

Wara kulħadd deher li kien bil-ġuħ u għalhekk inżilna isfel għal-ikla ta’ nofsinhar, fejn striħajna ftit fil-free time. Kellna nippreparaw għat-talent show u min kien ser  idoqq waqt il-quddies, kellu jipprepara s-songs ukoll. Għall-Quddiesa kienu mistiedna l-ġenituri tagħna fejn Fr Ray Toledo qaddes il-Quddiesa. Wara l-Quddiesa Fr Ray, staqsina x’tgħallimna ġdid fil-live-in. Għamilna poster u spjegajna fuq fuq dak li kien hemm fuqha. Kellna wkoll Video qasir fejn dħaqna ftit b’xulxin b’ritratti li ħadna waqt il-live-in stess. Fl-aħħar spiċċajna b’żifna żgħira li għallimna Nicholas. Dan il-live-in, ħadna ġost flimkien kif ukoll tgħallimna ħafna, mingħand Sr Anna, Muriel u Nicholas u kif ukoll mingħand xulxin.

Grazzi Mulej Ġesu’ ta’ dan il-live-in, fejn sirna nafu iktar il-membri l-ġodda u kif ukoll tgħallimna iktar kif għandna nħobbu u nirrispettaw iktar lil xulxin. 

Rapport San Giljan festa.docx Rapport San Giljan festa.docx
Size : 12.122 Kb
Type : docx

Report of the Children’s Mass – 23rd August 2011

During the week leading to the feast of St. Julians there was a children’s mass on Tuesday 23rd August 2011. It was organised by the Kummissjoni Tfal of the parish.

This Mass was a big success as all those present enjoyed it, both children and adults. The mass was celebrated by Fr. Claude Portelli – Parish Priest of St. Julians, and during the first part of the mass there was the investiture of five new altar servers.


After the Gospel the Kummissjoni Tfal organised and acted a mime about the life of St. Julian. Shirlee Zammit Munro – one of the leaders of the Kummissjoni – read the story of St. Julian, while the children acted it out. We were coached by another of the Kummissjoni leaders – Mr Stefan Farrugia. The mime was well received by everyone.

The kummissjoni tfal had also organised a drawing competition about the feast of St. Julian. It was open to children up to the age of 12, and the winners were announced during the children’s mass.  In third place was Silvana Grixti, in second place was Shaun Gauci, and first was Bernice Manche’. The other drawings were also nice, but only the first three could win!


At the end of the mass the children’s choir – which animated the mass – sang the ‘Innu lil San Giljan’. Finally there was a surprise for all the children present, as Fr. Claude told us that he had a small gift for them. It was a souvenir of St. Julian.

After the mass there was a procession for children with the small statue of St. Julian through some of the streets of around the Church, and this was followed by a party for the children at the Muzew.

(A video and photos of the mime can be viewed on facebook under Parrocca San Giljan)

  

Rapport San Giljan.docx Rapport San Giljan.docx
Size : 12.153 Kb
Type : docx

Għażiża Sr. Anna

 Dan huwa r-rapport tal-aħħar quddiesa tat-tfal:

 Fid-19 ta’ Ġunju f’Jum il-Missier, ġiet organizzata quddiesa tat-tfal.  L-evanġelju kien meħud mill-evanġelju ta’ San Ġwann meta Ġesu’ qal lil Nikodemu li min jemmen f’Alla ma jkunx ikkundannat iżda min ma jemminx f’Alla huwa diġa’ ikkundannat.  L-ewwel u t-tieni qari nqraw mit-tfal stess.

 Il-quddiesa ġiet animata mill-kor tat-tfal ta’ San Ġiljan mmexxi minn Norma. 

 Biex it-tfal jiftakru fil-quddies organizzati minnhom, ġie ppreparat power point b’xi ritratti li ttieħdu matul il-quddies li għaddew.  Din intweriet fuq il-monitors.  Wara Father Claude staqsa lit-tfal liema kienet l-aktar quddiesa tat-tfal li għoġbithom.

 Wara t-talb tal-fidili, bħala ringrazzjament lil Father Claude, it-tfal tal-parroċċa ta’ San Ġiljan tawh kartolina mżejna magħmula mit-Tfal tal-Kummissjoni, b’poeżija ta’ apprezzament u ritratti tat-tfal fil-paroċċa flimkien ma’ Father Claude ta’ okkażżjonijiet u attivitajiet li saru.  Din ġiet iffirmata mit-tfal kollha tal-parroċċa.  Tassew ħa pjaċir biha.

 Wara t-tqarbin, ġew ippreżentati slaleb magħmulin mil-qasab u b’tag li Fih messaġġ:                                                                                                        Father
Able
Thoughtful
Helpful 
Encouraging
Responsible

Dawn tqassmu lil missirijiet preżenti fil-quddiesa.  Dawn is-slaleb ġew magħmula mit-tfal tal-kummissjoni.  Is-sinifikat tagħhom hu li kull missier iħobb lil uliedu biex ma jkun jonqoshom xejn bħal ma Ġesu’ Kristu bata għalina fuq is-salib għax iħobbna.  Wara ntroduċina mat-tfal Ġiljaniżi li se jirċievu l- ewwel tqarbina fi żmien ġimgħa.

 Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, quddiem il-Knisja fil-parking area, tqassmu l-ġelati.  Dawn ġew ippreparati mit-tfal tal-kummissjoni u ngħataw lit-tfal preżenti b’xejn.

 Grazzi

 Bernice Manche’

  

Rapport tal-Kompetizjoni Tat-Tpingija.docx Rapport tal-Kompetizjoni Tat-Tpingija.docx
Size : 32.166 Kb
Type : docx

Rapport, Kompetizzjoni tat-Tpinġija

(Parroċċa San Ġiljan)

 

Din l-attivita’ li saret fil-23 t’Awwissu, kienet kompetizzjoni tal-isbaħ tliet tpinġijiet.

It-tema kienet li, il-kompetituri riedu jpinġu xi ħaġa fuq il-festa ta’ San Ġiljan.

Ħadu sehem tfal mill-Parroċċa ta’ San Ġiljan.

Aħna bħala K.D.T. iltqajna qabel sabiex bejnietna għażilna l-isbaħ tliet tpinġijiet, għalkemm kollha kienu sbieħ.

Attendejna għall-Quddiesa fl-istess Parroċċa u wara ppreżentajna ċ-ċertifikati lir-rebbieħa. Irringrazzjajna lil kull min ħa sehem u ħeġġiġna sabiex iktar tfal jieħdu sehem fl-attivitajiet li jkollna organiżżati għalina t-tfal. 

Rapport fleur-de-lys.docx Rapport fleur-de-lys.docx
Size : 14.281 Kb
Type : docx


Parroċċa Fleur-de-Lys

30 t' Ottubru, 2011

 

Flimkien organizzajna quddiesa li fiha stedinna lit-tfal tal-parroċċa. F’din           il-quddiesa ġiet imwaqqfa, b’mod uffiċjali, il-kummissjoni parrokkjali tfal.           Għal din il-quddiesa kienu mistiedna il-KDT.

 

Fil-ġimgħat ta’ qabel konna niltaqgħu kull nhar ta’ sibt biex nippruvaw il-kant u nqassmu x-xogħol. Xtaqna ninkludu t-tfal fil-quddiesa u għalhekk għamilna qalb kbira u fuqha ffirmaw it-tfal kollha li jattendu l-Mużew.

Iltqajna fl-10:00 biex nippreparaw  l-affarijiet. Għamilna reserved’  fuq il-bankijiet ta’ quddiem biex joqogħdu t-tfal.  Meta ġew ħafna nies, u saru l-10:30,  bdejna l-quddiesa billi introduċejna lilna nfusna u spjegajna x’inhi l-K.P.T u x’se nkunu qed nagħmlu fil-parroċċa.

Etienne daqq il-pjanu  u oħtu u ommu għenuh fil-kant. Ommi, u omm Antonio qraw l-ewwel u t-tieni lezzjoni u missieri qara  s-salm.

Il-priedka kienet tinvolvi naqra żgħira t-tfal (kont nippreferi kieku l-qassis staqsa xi mistoqsijiet lit-tfal preżenti, kif konna ssuġġerejna imma nsomma...) Fl-offerti tifla u tifel minn kull klassi ntgħażlu biex itellgħu xi affarjiet li huma sinifikanti għalina bħall-kotba tal-iskola u logħob...

Qabel ma spiċċat il-quddiesa ħadna koċċ ritratti anke mal-KDT u fl-aħħar spiċċajna b’Action Song : ‘Every Move I Make’.

 

 

  

 
Make a Free Website with Yola.