Informazzjoni

Għalfejn il-Kummissjoni?

  • Tara li fil-Knisja u fis-soċjetà qed jingħata każ ta' dak li għandhom xi jgħidu t-tfal.
  • Tara li fil-Knisja t-tfal jagħtu sehemhom u tieħu parir dwar dak li jsir għalihom.
  • Tgħaqqad flimkien lil dawk li jaħdmu mat-tfal.
  • Tgħin lit-tfal jikbru b’valuri nsara.

X’ser tagħmel?

  • Tara li f’kull parroċċa jkun hemm Kummissjoni Tfal.
  • Tara li permezz tal-Kunsill magħmul mit-tfal jingħataw l-opportunità li jesprimu l-ħsibijiet tagħhom.
  • Tgħin lill-Kappillani sabiex it-tfal jieħdu sehem aktar fil-parroċċa.
  • Tagħmel riċerka dwar sitwazzjonijiet li t-tfal isibu ruħhom fihom.
  • Issemma’ leħinha f’isem it-tfal dwar suġġetti li jolqtu lilhom.
  • Iżżomm kuntatt ma’ għaqdiet fil-knisja u fis-soċjetà li jieħdu nteress fit-tfal.
  • Tara li t-tagħlim li ħiereġ mill-Knisja ikun jista' jiftiehem mit-tfal.
  • Tressaq suġġerimenti lill-Arċisqof dwar x’għandu jsir fil-Knisja favur it-tfal.

Kummissjoni Djocesana Tfal

 

Delegata tal-Arcisqof -     Sr. Anna Sammut

Membru tal-KDT -            Ms . Massimiliana De Martino 
                                       Mr . Joseph Pellicano

                                       Mr. Christian Brincat


Kunsill Tfal 2011

President tal-KDT -                      Elena Xerri                                                                

Segretarja tal-KDT -                     Rachel Attard                   

 

 

Membri 

  • Ann Marie Bezzina
  • Antonio Polidano Vella
  • Elena Xerri
  • Enrico Zammit Lonardelli
  • Gabriella Rosso
  • Henri Farrugia
  • Maria Cini
  • Maria Victoria Vella
  • Mariah Casha
  • Nicole Spiteri

 

  • Nicole Agius
  • Rachel Attard
  • Raoul Briffa
  • Raquel Hannah Theuma
  • Rosa Angelica Fsadni
  • Samuel Cutajar
  • Sarah Smmut
  • Tano Bugelli
  • Tatiana Spiteri
  • Zachary Zammit

 

Sena Ħidma KDT - Novembru 2008 sa Ottubru 2009

 

 

 

 

KUMMISSJONI DJOĊESANA TFAL

B’digriet tad-9 ta’ Diċembru 2008, fuq proposta tal-Pjan Pastorali tad-Djoċesi għas-snin 2007-2008, twaqqfet struttura djoċesana għat-tfal bis-sehem tagħhom stess, bil-ħsieb li tħeġġeġ din il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Knisja u fis-socjetà u tara aspetti differenti mil-lenti tagħhom. L-Arċisqof jaħtar delegat/a tiegħu u xi membri adulti biex jieħdu ħsieb din il-Kummissjoni. Il-membri tfal tal-kummissjoni jkunu sittax iġifieri, rappreżentant/a minn kull Unità Pastorali.

Minn fejn bdejna

Dawn  l-24 tfal intagħżlu waqt assemblea li saret lura f’Novembru li għadda. It-tfal intagħżlu billi inqasmu fi gruppi, ħadmu attivitajiet u ddiskutew flimkien u wara saret votazzjoni.  Minn dawn il-gruppi telgħu 12-il tifel u tifla. Wara dawk it-tfal li telgħu li b’kollox kienu jammontaw 24, telgħu 16 bil-polza li dawn kienu l-membri filwaqt li it-8 l-oħra kienu runners up. Xorta kienu jattendu laqgħat  imma ma jistawx jieħdu sehem  fit-tmexxija.  Wara xi 6 xhur il-Kummissjoni iddeċiediet li dawn ir-runners up  ikunu parti mill-kunsill u għalhekk aħna qegħdin 24 membru.

Matul din is-sena ħidma saru 2 assemblei.  Laqqgħajna rapreżentanti tal-paroċċi għal żmien l-Għid u f’Lulju.  Ta’ żmien l-Għid kienet l-ewwel attivita’ li tellajna waħedna, filwaqt li ta’ Lulju għinitna nifhmu id-drittijiet tagħna t-tfal.  Liem suġġett se jkun diskuss iktar fid-dettal f’okkażjoni oħra li se jkollna.  Fl-assemblea ta’ Lulju wkoll, saret elezzjoni għal 4  membri ġodda fil-kunsill.  Dan minħabba li 4 membri għalqu t-13 il-sena. Dawn l-4 membri l-ġodda huma osservaturi sa Novembru, u minn dan ix-xahar isiru membri. Dawn attendew l-laqgħat u b’hekk ħadu sehem attiv waqt il-laqghat.

Waqt din is-sena ħidma, wkoll, sar ħafna xoghol għalina sabiex nissaħħu bħala grupp.  Ovvjament hawn insemmi l-isleepover li kellna.  Kien suċċess kbir għaliex aħna stajna nsiru nafu iktar lil xulxin u allura issa nistgħu naħdmu iktar flimkien.  Dan kien biss
l-ewwel sleepover, hemm ohrajn ippjanati, u forsi ma tafx kif, jirnexxilna norqdu siegħa u nħallu lil min jorqod!

Finalment nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min b’xi mod għin biex din il-ħolma tagħna tibda’ ssir vera, fosthom lill-ġenituri tagħna għal paċenzja, lil membri tal-Kummissjoni u lilek Eċċelenza Arċisqof għall-opportunita’ unika li tajtna! 

Grazzi! 

Kummissjoni Djoċesana Tfal

 

 

 
 
 
Make a Free Website with Yola.